Ħdax-il persuna tilfu ħajjithom u 44 persuna oħra ndarbu wara inċident b’xarabank fiċ-ċentru tal-provinċja Eskisehir fit-Turkija kmieni s-Sibt filgħodu.
L-inċident seħħ f’Eskisehir meta x-xarabank kienet fi triqitha lejn Bursa mill-kapital Ankara.
Ix-xarabank, kellha impatt ma’ siġra bil-konsegwenza li tilfu ħajjithom 11-il persuna.
Dan l-inċident jinsab taħt investigazzjoni fejn ix-xufier u l-assistent qed jinżammu fil-kustodja tal-pulizija.