Dalgħodu tkomplew l-ispezzjonijiet immexxija mill-Pulizija, bl-assistenza tal-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, marbuta mal-immigrazzjoni irregolari f’Malta.
Fil-Marsa nstabu 11-il persuna jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari, li jingħaqdu ma’ dsatax-il persuna oħra li nstabu fl-aħħar jiem.
Dawn minnufih ittieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni u nbeda l-proċess biex jintbagħtu lura lejn il-pajjiż li legalment jistgħu jirrisjedu fih.
L-ispezzjonijiet saru fl-inħawi tal-Marsa.
Dawn l-ispezzjonijiet se jissuktaw fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin