Sebat itfal u għalliema nqatlu fi sparatura fi skola f’Kazan, ir-Russja. Aktar minn għoxrin persuna jidher li qed jieħdu l-kura għall-ġrieħi li sofrew, u raġel ta’ 19-il sena qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-Prim Ministru Russu ddeskriva dan ir-reat bħala traġedja, filwaqt li l-President Vladimir Putin qal li se jirrevedi l-liġijiet dwar l-armi tan-nar tal-pajjiż
Ritratt: Getty Images