Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard ippreżenta l-warrant lil 11-il nutara pubbliċi ġodda wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni.
Fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti Johann Galea, tal-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg, tan-Nutar tal-Gvern Dr Keith German u tal-President tal-Kunsill Notarili Dr Malcolm Mangion, il-Ministru Attard awgura lin-nutara l-ġodda kull suċċess u appella biex jimxu mal-kodiċi ta’ etika u b’osservanza tal-valuri fondamentali tal-verità, l-onestà, ekwità, l-integrità, l-indipendenza, l-imparzjalità u l-libertà.
Min-naħa tiegħu, in-Nutar tal-Gvern Dr Keith German qal li bl-inklużjoni ta’ dawn in-nutara, in-numru ta’ nutara prattikanti f’pajjiżna se jkun dak ta’ madwar 400, filwaqt li n-numru ta’ nutara sa mill-1465 sal-lum ilaħħaq madwar 1300 nutar.