Il-Pulizija arrestat 11-il immigrant li allegatament ikkawżaw ħsarat fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far tul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn. B’xorti tajba ħadd ma ndarab f’dan il-każ.
Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija qal tul il-lejl xi immigranti bew jipprotestaw, u l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit issejħu fuq il-post hekk kif din ma baqgħetx protesta paċifika. Il-Pulizija tad-Distrett u mill-iSpecial Intervention Unit ukoll issejħu fuq il-post.
Il-11 il-immigrant li qed iżżomm il-Pulizija ttieħdu fil-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.