Il-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali, l-FEE kkonfermat li 11-il bajja madwar il-Gżejjer Maltin ingħataw il-Bandiera l-Blu għal din is-sena.
Il-Ġurija internazzjonali kkunsidrat restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija COVID-19, u siti li ngħataw dan l-unur is-sena l-oħra. Fir-rapport tagħha l-ġurja nnotat li Malta u Għawdex segwew ir-restrizzjonijiet imposti b’mod xieraq, filwaqt li kkunsidraw ukoll is-sigurtà ta’ min ikun fuq il-bajjiet.
Dawn huma l-bajjiet madwar il-Gżejjer Maltin li fl-2021 ngħataw il-bandiera l-blu :
• Fond Għadir, Tas-Sliema
• Il-bajja tal-Westin Dragonara, San Ġiljan
• Il-bajja ta’ Buġibba
• Il-ponta tal-Qawra
• Il-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan
• L-Għadira, il-Mellieħa
• Il-bajja tal-Golden Sands, il-Mellieħa
• Għajn Tuffieħa, il-Mellieħa
• Il-bajja ta’ Marsalforn
• Ir-Ramla l-Ħamra, ix-Xagħra
• Il-bajja tal-Ħondoq, il-Qala
L-FEE ħeġġet ukoll biex Malta u Għawdex jikkunsidraw unuri għall-Marinas bħal ma jsir f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
B’kollox, 70 pajjiż jipparteċipa għall-unur tal-bandiera l-blu, bil-għan li jippromwovu turiżmu sostenibbli madwar id-dinja kollha.
Il-bandiera l-blu se tgħodd fuq dawn il-bajjiet bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Settembru.