Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw qrib l-elf u mitt multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.
Il-maġġoranza tal-multi, seba’ mija disgħa u sebgħin, ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra.
Inħarġu wkoll mitejn u multa għal nies li nġabru fi grupp ta’ iktar minn dak permess fil-pubbliku.
Kien hemm ukoll tlieta u disgħin persuna li ġew immultati talli kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.
Barra minn hekk, sittax-il stabbiliment weħlu multa għax kisru il-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li ħames persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.