L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nieda l-iskeda tat-titjiriet għax-xhur tal-ħarifa u x-xitwa.
B’din tinkludi 109 rotot lejn destinazzjonijiet differenti fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost iż-żidiet l-iżjed notevoli ta’ din l-iskeda hemm dik li l-lija tal-ajru nazzjonali Irlandiża Aer Lingus, li se tmur lejn Dublin, tliet darbiet fil-ġimgħa.
Il-linja tal-ajru Eurowings qed jestendu wkoll it-titjiriet tagħhom lejn Dusseldorf, għall-iskeda l-ġdida.