Il-Malasja ordnat li 1,086 persuna jiġu deportati lejn il-Myanmar kontra ordni tal-Qorti u anke appelli minn għadiet favur id-drittijiet tal-bniedem. Qed ikun irrapportat li fost dawn hemm individwi li sakemm kienu għadhom pajjiżhom affaċċjaw inġustizzji u maltrattament.
Għaqdiet favur id-drittijiet tal-bniedem fil-Malasja qed jgħidu li issa dawn il-persuni se jkunu f’riskju ferm akbar lura l-Myanmar minħabba l-kolp ta’ stat tal-bidu tax-xahar.
Il-Malasja qed tinsisti iżda li dawk li ntbagħtu lura kollha nstabu ħatja ta’ xi offiża b’rabta mal-immigrazzjoni, u ma kinux intgħataw l-ażil.