106 tobba u ħames kirurgi dentali ngħataw il-liċenzja mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Id-Deputat Prim Ministru qal li l-qasam mediku huwa qasam li kontinwament jevolvi, u għalhekk il-professjonsti f’dan il-qasam jibqgħu jitgħallmu u jiġu aġġornati mal-iżviluppi kollha fix-xjenza.
“Il-kirurġija robotika, mediċina personalizzata, AI – dan huwa l-futur tal-qasam mediku f’pajjiżna, dan huwa intom”, qal il-Ministru Fearne.
Huwa tkellem ukoll dwar il-post uniku li għandhom it-tobba u dentisti fis-soċjetà tagħna. “Il-pazjent, il-poplu għandu fiduċja fikom. F’idejkom iħallu lill-għeżież tagħhom. Għożżuha din il-fiduċja, qal lit-tobba u d-dentisti li kienu għadhom kemm ingħataw il-liċenzja, filwaqt li awguralhom kull suċċess fil-karriera tagħhom.
Ritratt: MFH