Illum is-sitta t’Awwissu jitfakkar it-twelid tal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista, il-Perit Dom Mintoff.
Mintoff twieled f’Bormla f’jum is-Salvatur fis-sena 1916.
Mintoff jibqa’ mfakkar għall-kisbiet kbar politiċi u l-iżvilupp soċjali li ħoloq f’Malta fil-ħamsinijiet u fis-sebgħinijiet.
Huwa kien Prim Ministru bejn l-1955 u l-1958 u anki serva bħala Prim Ministru ta’ Malta mill-1971 sal-1984.
L-akbar kisba politika ta’ Mintoff tibqa’ l-kisba tal-Ħelsien fil-31 ta’ Marzu 1979.
Meqjus bħala statista, negozjatur xejn faċli mal-Ingliżi u oratur, Mintoff għamel isem fix-xena politika lokali u dik internazzjonali.
Mintoff kien ġej minn familja sempliċi fejn missieru Wenzu kien jaħdem ta’ kok mas-servizzi Ingliżi.
Ommu Ċetta kienet timbuttah biex jitgħallem l-iskola.
Mintoff kien spiċċa rebaħ borża ta’ studju u studja fl-Università rinomata ta’ Oxford.