104 persuni nqabdu f’ġemgħa ta’ aktar minn tlieta, fejn huma ġew immultati €100 kull wieħed.
Dawn il-persuni nqabbdu waqt rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Dawn il-persuni nqabbdu jiksru dan l-avviż legali f’jum ta’ festa pubblika li fih it-temp ippermetta u jridu jħallsu multa ta’ €100 kull persuna.
Dawn l-ispezzjonijiet saru mill-pulizija tad-distrett, mir-Rapid Intervention Unit u s-sezzjoni tal-klieb.