Duminku Mintoff. Wieħed mill-ikbar ġganti fl-istorja politika Maltija. Statista li l-Partit Laburista kellu x-xorti jħaddnu bħala mexxej li ħalla t-timbru tiegħu fuq il-Partit u fuq il-pajjiż.
Imwieled bħal-lum fl-1916, f’Malta fortizza. Trabba bħala żagħżugħ qalbien li fil-fond ta’ qalbu kellu lil Malta ħielsa.
Ħadem qatigħ għall-partit tal-ħaddiem, u warajh ħalla legat li l-poplu Malti u Għawdxi għadu jfakkar u jgawdi sal-lum.
Illum mhux sempliċiment għeluq snin il-Perit. Illum infakkru lil dak il bniedem li, grazzi għalih, Malta hija ħielsa, hija pijunier fis-servizzi soċjali u d-drittijiet.
Illum infakkru lil missier Malta ħielsa, il-perit ta’ dan il-pajjiż modern.
Il-bniedem, li għalih, Malta kienet dejjem l-ewwel, u qabel kollox.