Bejn Jannar u Awwissu 2016, kien hemm 102 każi ta’ persuni li tressqu jew ser jittressqu l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza fuq anzjani. Dan kienu jinvolvu 79 raġel li minnhom sitta kienu barranin. 23 minnhom kienu nisa li minnhom tnejn kienu barranin.
Il-maġġoranza tal-każijiet għadhom se jinstemgħu l-Qorti filwaqt li oħrajn kellhom il-proċedimenti eżawriti wara li l-partijiet ħafru lil xulxin, kien hemm numru li ngħataw probation filwaqt li xi uħud minnhom ġew liberati.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fi tweġiba Parlamentari li għamel id-Deputat Laburista Luciano Busuttil.