Pajjiżna llum qed ifakkar il-101 sena mill-irvellijiet tas-Sette Giugno. F’dawn l-irvellijiet, erba’ Maltin xerrdu demmhom: Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada, Manwel Attard u Karmenu Abela.
Dak iż-żmien, il-poplu Maltin soffra minn diversi inġustizzji mill-ħakkiem Ingliż.
Fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-Maltin soffrew diversi inġustizzji, fosthom it-tneħħija tal-kostituzzjoni fl-1903. Dan fisser li l-Maltin ma kienx għad baqalhom semm fid-deċizzjonijiet tal-ħakkiema barranin. Inġustizzji oħra saru wara l-ewwel gwerra dinjija, li żiedu l-faqar f’pajjiżna, meta mit-tarzna tkeċċew eluf ta’ ħaddiema u l-prezz tal-ħobż għola ħafna.
Dakinhar tas-sebgħa ta’ Ġunju, eluf ta’ Maltin minn kull sfera tas-soċjetà telgħet lejn il-Belt Kapitali, hekk kif dakinhar kellha titlaqqa’ l-Assemblea Nazzjonali mmexxija mit-tabib Filippo Sciberras, fejn kellha titfassal Kostituzzjoni ġdida biex imbagħad jgħadduha lill-Gvern Ingliż.
Ġara li ħanut fi Strada Rjala ħalla l-bandiera Ingliża tperper u l-kontra qamet f’daqqa. Il-Maltin attakkaw dan il-ħanut, flimkien mal-istamperija tal-gazzetta The Daily Malta Chronicle u attakkaw l-imħażen tal-qamħ fosthom dik ta’ Cassar Torregiani.
Il-pulizija Maltija rtirat, hekk kif ma segħtetx tlaħħaq mal-folla u ma rieditx tirritalja kontra ħutha l-Maltin. Iżda s-sitwazzjoni kienet differenti meta ħarġu s-suldati tal-ħakkiem barrani li fetħet in-nar fuq il-folla. B’din tħalli l-vittmi u għexerien midruba.
Wara dan l-irvellijiet, l-Ingliżi taw is-self-government lil Maltin fl-1921, fejn infetaħ l-ewwel Parlament magħmul bil-Maltin. Dan kien l-ewwel pass biex pajjiżna kiseb l-indipendenza u r-repubblika.