Illum infakkru l-memorja ta’ mija 101 anniversarju mit-twelid tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff.
L-għan politiku primarju ta’ Mintoff kien dak li jiżgura l-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa u fil-Mediterran.
Bħala Prim Ministru, huwa pproklama b’mod qawwi s-sovranità ta’ pajjiżna u ressaq talbiet finanzjarji u oħrajn lill-Ingliżi u lin-NATO li wasslu għat-trattat tal-elf disa’ mija tnejn u sebgħin mal-Gran Brittanja.
Trattat li stipula t-tneħħija gradwali tad-dipendenza fuq in-nefqa militari Ingliża u l-ħelsien ta’ Malta minn bażijiet militari barranija sa Marzu tal-elf disa’ mija disgħa u sebgħin.
Mintoff kien il-bniedem li emenda l-kostituzzjoni biex ibiddel il-pajjiż minn monarkija għal Repubblika.