Għaxart elef spettatur Ġappuniż se jitħallew isegwu l-logħob tal-Olimpjadi f’Tokjo, minkejja t-twissijiet mingħand il-kbarat fil-qasam tas-saħħa.
Spettaturi minn pajjiżi oħra diġà ġew pprojbiti iżda l-organizzaturi qalu li spettaturi li jgħixu fil-pajjiż jistgħu jattendu, dejjem jekk il-folla ma tkunx taqbeż il-ħamsin fil-mija ta’ kemm jiflaħ il-post fejn se jsiru l-logħob.
L-Olimpjadi mistennija jibdew fit-tlieta u għoxrin ta’ Lulju.