Ilbieraħ, festa pubblika, il-pubbliku laqa’ bi ħġaru l-opportunità li jżur Forti Sant’Anġlu wara li ġie mħabbar li kien se jiftaħ għall-pubbliku bi prezz imraħħas ta’ €2.
Waqt Jum il-Ħelsien kienu 1,000 persuna li ħadu din l-opportunità, fejn waqtha saħansitra setgħu jżuru l-parti ta’ fuq tal-istess forti, immexxija mill-Ordni Militari Sovran ta’ Malta.
Dan ħabbru fi tweet il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici fejn daħħar din l-inizjattiva meħuda minn Heritage Malta.