Il-politika tal-Gvern li jinċentiva t-turiżmu sportiv, partikolarment fix-xhur xitwin, qed tkompli tagħti r-riżultati.
Ilbieraħ saret it-tieni edizzjoni tal-maratona Intersport La Valette, organizzata mill-kumpanija Corsa, li fiha pparteċipaw madwar elf ruħ minn 33 nazzjonalità differenti. It-tiġrija bdiet minn Tas-Sliema u ntemmet fil-Birgu.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Corsa, Matthew Pace, ikkummenta li madwar nofs il-parteċipanti, fil-fatt, ġew Malta minn barra biex ħadu sehem, uħud anki mill-Amerika, kemm ta’ Fuq kif ukoll t’Isfel.
Huwa iżża ħajr lill-Ministeru għat-Turiżmu u lill-Awtorità għat-Turiżmu tas-sostenn tagħhom biex dan l-avveniment seta’ jseħħ.
Matthew Pace saħaq li l-missjoni tal-organizzaturi tat-tiġrija hija li jgħinu lil Malta tkompli titpoġġa fuq il-mappa tat-turiżmu sportiv, u jħossu li din l-istrateġija tal-pajjiż qed tirnexxi.