100 tunnellata ta’ skart organiku nġabar matul il-jum tal-Erbgħa, fl-ewwel jum ta’ ġbir tal-borża l-bajda f’pajjiżna.
Dan sar wara xhur ta’ ħidma li nfirxet mal-ibliet u l-irħula kollha f’Malta u f’Għawdex.
Il-borża l-bajda tinkludi fiha ikel imsajjar u nej inkluż l-għadam, il-ħut u l-frott tal-baħar, ħobż u għaġin, frott u ħaxix immuffatti, qxur tal-frott u ħxejjex, boroż tat-te u kafè mitħun, qxur tal-bajd, srievet tal-karti u karti maħmuġin, weraq u fjuri.
Il-ġbir ta’ dan l-iskart fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex kollha jsir kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.