It-tfal kollha li ħadu sehem waqt il-Prince Trust temmew b’suċċess dan il-kors fl-Excel, b’Malta tkun l-unika pajjiż fost li rat suċċess ta’ 100%.
Il-Prince Trust twaqqaf is-sena l-oħra bil-għan li jgħin żgħażagħ f’riskju li ma jibqawx iffukati fuq is-sistema edukattiva.
Illum wara nofsinhar kapijiet ta’ skejjel li fihom kien introdott il-Prince Trust spjegaw kif it-tfal bdew jinvolvu iktar ruħhom fil-lezzjoni u raw ukoll progress kbir.
Il-Prince Trust issa se jkun estiż fl-iskejjel sekondarji kollha bil-għan li jintlaħqu iktar studenti.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-riżultat fil-waqt li ħeġġeġ lill-istudenti kollha biex jiksbu l-ħiliet bażiċi li se jkunu qed jippreparawom għad-dinja tax-xogħol iktar ‘il quddiem.