Fl-okkażżjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tal-Lions Zone hawn Malta, tħawwlu mitt siġra taż-żebbuġ fil-Ġnien tad-Dar tal-Providenza.
Lions Zone huwa parti minn Lions Inernational, għaqda mhux governattiva li tgħin lill-persuni fil-bżonn u toffri għajnuna fi proġetti li jitgawdew mill-pubbliku. F’Malta hawn erba’ clubs li huma jaqgħu taħt Lions International, li huma Lions Zone, Lions Sliema, Lions St Paul’s Bay u Lions Imdina.
Minn żmien għal żmien jorganizzaw attivitajiet filantropiċi biex jinġabru fondi, li jmorru għal min hu fil-bżonn. Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ipparteċipat bit-tħawwil. Hija faħħret l-għan tal-Lions Zone – persuni li dejjem lesti biex joffru l-għajnuna.