Adrian Lia, eks surġent tal-pulizija ġie ordnat jagħmel mitt siegħa xogħol fil-komunità wara li seraq iżjed minn €26,000 mid-Depot. Lia ta’ 42 sena minn San Ġwann instab ħati li fuq medda ta’ ħames snin bejn l-2006 u l-2011 seraq il-flus.
Għoxrin sena ilu huwa ngħata medalja tal-kuraġġ li wera meta salva bniedem mill-għarqa f’tas-Sliema iżda wara kienet ittieħditlu minħabba li sar magħruf li ma qalx sewwa l-fatti ta’ kif kienu ġraw l-affarijiet. B’rabta mal-każ ta’ serq t’eluf ta’ ewro, il-Qorti innutat li huwa rritorna lura s-somma li seraq u tpoġġa fuq probation għal tlett snin.