Fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twelid tal-Perit Dom Mintoff, għada il-Partit Laburista se jkun qed itella’ serata awdjo viżiva dwar ħajjet dan il-ġgant fil-politika.
Waqt din is-serata, fix-xatt ta’ Bormla se jkun qed jindirizza dawk preżenti l-Prim Ministru Joseph Muscat u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona.
Fi tmiem din is-serata, il-Prim Ministru flimkien ma’ esponenti oħra se jkun qed isellem il-memorja ta’ Mintoff permezz ta’ tqegħid ta’ bukketti ta’ fjuri f’riġlejn il-monument lejn Dom Mintoff ġewwa Bormla.
ONE News ħa l-kummenti tas-Segretarju Organizzativ tal-Partit Laburista William Lewis dwar din l-attivita’.