Din is-sena timmarka l-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Ħal Qormi, li ta’ min jgħid li huwa l-ewwel kumitat tax-xorta tiegħu f’pajjiżna.
Għaldaqstant, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju importanti, il-Kumitat Festi Esterni ser ikun qiegħed itella’ Kunċert Vokali u Strumentali bis-sehem tal-Orkestra.
Dan il-Kunċert ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Ġorġ Martri Ħal Qormi fit-8:00pm.
Dan il-Kunċert ser ikun taħt il-patroċinju tal-Wisq Rev. Kan. Brendan Mark Gatt, Vigarju Ġudizzjali tat-Tribunal Metropolitan ta’ Malta.
L-Orkestra tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mario Testa, bis-sehem tas-Sopran Rosabelle Bianchi, il-Mezzo Sopran Connie Francis Zerafa, it-Tenuri Francis Mangion u Edmond Apap, il-Baxx Albert Buttigieg, flimkien mal-Kor Bel Canto.
Dan il-Kunċert qed isir bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali Qormi.