Ma ħarġet l-ebda twissija ta’ tsunami, hekk kif fil-jum tas-Sibt parti mill-kosta fil-Lvant tal-Ġappun u l-kapitali Tokyo theżżew minn terremot ta’ qawwa li leħqet 7.3 fuq l-iskala richter.
Madwar 950,000 dar spiċċaw bla provvista tal-elettriku filwaqt li kien hemm rapporti ta’ madwar 100 persuna li weġġgħu kawża tat-terremot.
It-terremot tal-bieraħ sar ftit jiem bogħod mill-għaxar anniversarju mindu terrimot b’qawwa ta’ 9 fuq l-iskala richter kien ikkawża tsunami li qatlet mal-20,000 persuna, kif ukoll kisser impjant nukleari f’Fukushima.