L-awtoritajiet fil-Majjistral tan-Niġerja qalu li ħelsu mitt mara u tifel u tifla li kienu maħtufa minn grupp terroristiku.
In-nisa u t-tfal ġew maħtufa fit-tmiena ta’ Ġunju li għadda, fejn erbgħa minnhom inqatlu.
Il-Gvern tal-Istat ta’ Zamfara qal li dawn ġew meħlusa mingħajr ma tħallset l-ebda somma, iżda ma ta l-ebda informazzjoni oħra.
In-nisa flimkien mat-tfal jinsabu taħt attenzzjoni medika qabel jintbagħtu lura fi djarhom.