Illum aktar minn mitt għawwiem kellhom jiġu salvati minħabba kurrenti li ħassdu l-għawwiema fi Blue Lagoon u kellhom jintuzaw żewġ dgħajjes tas-salvataġġ biex jiżguraw is-sikurezza tal-għawwiema kollha.
L-ERRC flimkien ma’ l-MTA fi stqarrija assiguraw lill-pubbliku li l-għawm fil-Blue Lagoon huwa sigur sakemm jirrispettaw il-proċeduri ta’ l-għawm fiż- żona immarkata u jirrispettaw il-bnadar tas-sinjali li l-ERRC jtellaw kuljum u jżomm aġġornati f’kull mument tal-ġurnata.
Is-servizz tal-ERRC lifeguarding f’Għawdex u Kemmuna huwa possibbli minħabba l-appoġġ finanzjarju mill-MTA, kif ukoll mill-Ministeru għal Għawdex, l-Imġarr Marina, Transport Malta, Pulizija, Forzi Armati ta’ Malta, u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.