Il-gazzetta KullHadd tirrimarka li Malta mhix se tibgħat ċenteżmu lura Brussell. Dan għaliex investiethom kollha b’għaqal fi proġetti soċjali, infrastrutturali u oħrajn għal benefiċċju ta’ kulħadd.
Dan spjegah is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia u qal li l-pajjiż laħaq 100% tal-miri fejn jidħlu fondi Ewropej li ġew allokati għalih s-sena li għaddiet.
Farrugia qal li Malta investiet total ta’madwar €242 miljun, u li l-immaniġġjar għaqli tal-fondi Ewropej illum huwa parti mis-suċċess ekonomiku li qed jikseb pajjiżna.
Dan kollu jidher f ’numru ta’ proġetti tanġibbli – kollha li qed isiru permezz ta’ fondi Ewropej bilgħan li jtejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Iżjed minn 13,000 student tar-raba’ sena diġà bbenefikaw mil-proġett tal-One Tablet Per Child, liema investiment ta’ €10 miljun mar dirett għal uliedna sabiex jistudjaw permezz tat-tablets u apps diġitali installati apposta.
Iżjed minn 17,000 għalliem u għalliema ġew imħarrġa, u l-għan ta’ dan il-proġett hu li nħeġġu lit-tfal jistudjaw sabiex neliminaw l-early school leavers, imma wkoll li nressqu lill-istudenti lejn id-dinja tal-ICT. Għadd kbir ta’ familji għamlu użu tat-Teatru Manoel fi żmien il-Milied.
Dan it-teatru, li huwa wieħed mill-eqdem teatri operattivi fid-dinja, ukoll ġie riġenerat permezz ta’ proġett mill-fondi Ewropej b’valur ta’ kwazi €2 miljun.
Viżitaturi bbenefikaw minn sistema ta’ ventilazzjoni, seating, u flooring ġdid. Farrugia spjega kif il-preservazzjoni tal-assi kulturali f ’pajjiżna hija prijorità talGvern, u li bl-użu tal-fondi Ewropej qed ngħaddu lill-ġenerazzjoni ta’ għada wirt kulturali iktar b’saħħtu minn dak li ħadna mingħand ta’ qabilna. Ir-riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Gran Mastru l-Belt Valletta huwa fost dawn il-proġetti b’investiment ta’ madwar €10 miljun li jinkludi r-restawr tal-faċċati, kif ukoll programm ta’ konservazzjoni ġenerali fuq ix-xogħlijiet tal-arti.
Permezz tal-proġett, l-Armerija se tmur lura fil-post oriġinali tagħha li hija l-akbar sala tal-Palazz. Għaddej ukoll proġett tar-riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt Valletta, liema proġett jiswa’ €24 miljun u għandu l-għan li jippreżerva l-identità tal-Belt Valletta mill-aspett kulturali, ambjentali, soċjali u ekonomiku, permezz ta’ interventi bħal restawr tal-fortizzi, xogħlijiet fi Pjazza Indipendenza, restawr ta’ knejjes, riabilitazzjoni tal-promenade n-naħa tal-waterpolo area, skemi ta’ restawr tal-galleriji u bini ta’ playgrounds għal uliedna.
Saru investimenti kbar fil-qasam tal-infrastruttura, hekk kif bdejna naraw ix-xogħol isir fil-Kappara Junction, fil-Marsa Junction, f ’Santa Luċija underpass, fil-Marsa-Ħamrun Bypass u fis-Central Link. Il-proġetti jinkludu madwar tmien kilometri ta’ rikostruzzjoni u upgrading bil-għan li jkun hemm tnaqqis fil-ħin tal-vjaġġ għas-sewwieqa u jsir tisħiħ fil-konnettività, fl-aċċessibbiltà, fis-sigurtà fit-toroq, fis-sostenibbiltà u fit-tnaqqis ta’ impatt negattiv tat-toroq fuq l-aspett soċjali, ekonomiku u ambjentali.
Iktar minn €100 miljun ġew allokati għas-sigurtà u l-provvista tal-ilma għall-Gżejjer Maltin, it-titjib tal-kwalità tal-ilma u t-trattament tad-drenaġġ.
L-interventi jinkludu impjant ġdid ta’ Reverse Osmosis f ’Għawdex u żieda fil-kapaċità ta’ impjanti tar-Reverse Osmosis oħra eżistenti f ’Malta.
Se jiġi introdott ukoll netwerk ta’ moniteraġġ tal-kwalità talWaste Water fl-impjanti l-ġodda tal-ilma ta’ Barkat (South) Ċumnija (North) u Ras il-Ħobż (Għawdex).
B’hekk il-bdiewa jkollhom kwalità ta’ ilma aħjar għall-għelieqi tagħhom.
Se tiżdied ukoll il-possibbiltà ta’ distribuzzjoni għall-użu millġdid tal-ilma trattat permezz ta’ bini ta’ mina minn Pembroke għal Ta’ Qali.
L-estensjoni tax-Xewkija Industrial Park f ’Għawdex – proġett li jiswa madwar €10 miljun – se ssarraf fi 15-il business workshop ġdid għal attività industrijali, filwaqt li ż-żona tal-Barmil se tkun qed takkomoda businesses varji g ħ a t – t k a b b i r ta’ iżjed SMEs li jiġġeneraw attività ekonomika fil-Gżira Għawdxija f ’oqsma bħall-gaming, servizzi finanzjarji, filming u ICT.
Madwar 25 intrapriża se jirċievu s-sapport biż-żieda fl-impjiegi f ’dawn l-intrapriżi titla’ għal 150. Sar investiment ta’ €7 miljun għall-iżvilupp tal-Villaġġ talCrafts f ’Ta’ Qali sabiex isir ċentru ta’ eċċellenza għall-artiġjani tradizzjonali Maltin, u b’hekk tiżdied ukoll din l-attrazzjoni bħala waħda turistika.
Qed isir ukoll tisħiħ fil-mezzi tat-trasport alternattivi u sostenibbli għall-preservazzjoni tal-kwalità tal-arja. Fosthom se naraw aġġornament ta’ landing sites ta’ ferries biex jikber il-potenzjal tat-trasport marittimu.
Landing sites ġodda f ’Ta’ Xbiex, f ’San Ġiljan, f ’San Pawl il-Baħar u cycle corridors.
L-installazzjoni ta’ 100 CCTV kamera f ’27 lokalità differenti u web-based real-time application mmexxija minn Transport Malta biex toffri informazzjoni aktar dwar it-traffiku.
Farrugia qal li dan l-akkwist jawgura tajjeb għal Malta għan-negozjati li għadhom għaddejjin fil-qafas tal-baġit Ewropew, u konvint li se tkun qed tpoġġi lil Malta f ’pożizzjoni ferm iktar b’saħħitha.