Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, akkumpanjat mill-Kummissarju tal-Films ta’ Malta, Johann Grech, żaru s-set ta’ ‘Zielfahnder V’.
Produzzjoni Ewropea oħra li, taħt id-direzzjoni ta’ Stephen Lacant, għażlet lil Malta bħala l-bażi tas-serje tagħha li ġabet investiment sinifikanti u opportunità ta’ impjiegi għal mitt Malti u Għawdex, li jaħdmu f’dan is-settur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI

Fiż-żjara tfakkar l-appoġġ kontinwu tal-Kummissjoni Maltija tal-Films għall-produzzjonijiet internazzjonali u l-professjonisti Maltin li jikkontribwixxu għas-suċċess tagħhom.
Fost lokalitajiet oħrajn li se jkun iffilmjat fih din il-produzzjoni Ġermaniża hemm Ħ’Attard, San Ġiljan, il-Birgu, u Baħar iċ-Ċagħaq.