Għat-tieni sena konsekuttiva, l-għaqda mhux governattiva HopeXchange, tellgħet magħha grupp ta’ għaxar żgħażagħ Maltin biex jaraw b’għajnejhom il-frott tad-donazzjonijiet li jingħataw lil din l-għaqda, kif ukoll ixammru l-kmiem u jgħinu huma stess fil-proġetti tagħha, f’Kumasi, il-Ghana.
Dawn il-proġetti jinkludu sptar u skola fir-reġjun ta’ Ashanti.
Dan il-grupp, li kien iffurmat minn numru ta’ personalitajiet Maltin u Ghawdxin, li bħalissa jinsab fil-Ghana, qassam ‘il fuq minn 100kg ta’ bżonnijiet li l-istudenti ta’ kuljum jiġu bżonn għall-edukazzjoni tagħhom.
Dawn id-donazzjonijiet ingħataw lill-grupp Malti minn familji Maltin u Għawdxin.
HopeXchange twaqqfet mill-koppja Mario u Anna Cappello numru ta’ snin ilu. Din il-koppja, illum tmexxi l-isptar u l-iskola Maltin fil-Ghana. Flimkien mal-grupp kien hemm Nicholas Baldacchino li huwa l-persuna inkarigat mill-ġbir tal-fondi għall-HopeXchange.
Kull min irid jagħti donazzjoni favur aktar għajnuna jista’ jagħmel dawn fuq dawn in-numri.
€50: 51902088
€20: 51002023
BOV APP: 79995959
Revolut: 99491670