Somalu ta’ disgħa u għoxrin sena weħel sentenza ta’ għaxar xhur priġunerija wara li ammetta li fost l-oħrajn, aggredixxa numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, intqal kif il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tnejn, meta l-akkużat, li kien fis-sakra, beda jhedded lill-Pulizija fil-pjazza ta’ Ħaż Żabbar.
Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll kif is-Somalu kellu fil-pussess tiegħu sikkina żgħira u kkawża ħsara fuq vettura tas-servizz.
Huwa ġie akkużat ukoll li għex ħajja ta’ għażż.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat ordnat lir-raġel iħallas multa ta’ ħamest elef u sitt mitt ewro u jħallas il-ħsara li għamel fuq il-vettura.