Palazzo Parisio ħabbar li se jkun qed jagħmel donazzjoni ta’ 10% ma’ kull ikla li se jixtru l-klijienti matul ix-xahar t’Ottubru. Dan sabiex jikkontribwixxi għall-kampanja Pink October. Barra minn hekk, ix-chefs ta’ Palazzo Parisio se jkunu qegħdin iservu deżerta magħmula mir-raspberry.
Il-kampanja ta’ Pink October 2019 qiegħda mmirata biex tiġbor fondi minn sponsors u donazzjonijiet privati matul Otturbru sabiex tiżdied il-kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, kif ukoll prevenzjoni, riċerka u għodda sabiex sabiex titjieb il-kwalità ta’ ħajja ta’ pazjenti tal-kanċer.
Għal aktar informazzjoni dwar l-avveniment ta’ Pink October u kif wieħed jista’ jagħti d-donazzjonijiet, wieħed jista’ jżur is-sit www.marigold.org.mt/pink jew il-paġna ta’ Facebook, Pink October Malta ww.facebook.com/pinkoctobermalta.