Għal min illum xtaq jieħu ġurnata btala jew igawdi l-festa, forsi jdur mal-gżejjer Maltin igawdi s-sħana li suppost se tagħmel fi Frar, hemm daqxejn diżappunt.
Ġej jum maltempati, kif sabu San Pawl, wara kollox, eluf ta’ snin ilu. Però l-aħbar tajba hi li għada mistennija toħroġ ix-xemx, jiġifieri ta’ min jipposponi d-divertiment għal għada.
Dan skont maltaweather.com:
Għal min verament ma jieħux gost bit-temp xitwi, għandu jikkonsla l-ġimgħa d-dieħla. Se tkun kiesħa, imma s’issa ma tidher li ġejja ebda xita.