It-Tnejn, 20 ta’ Awwissu elfejn u tnax, f’lejla safija.
Tħabbret il-mewt tal-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Dom Mintoff fl-età ta’ 96 sena.
Eluf bkew it-telfa tal-Perit Mintoff, xhieda tad-differenza li għamel f’ħajjet in-nies.
Dan deher ċar fil-funeral statali li sar fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, hekk kif mijiet ta’ Maltin inġabru hemmhekk u kantaw l-innu Malti.
Dom Mintoff twieled f’Bormla fis-6 ta’ Awwissu tal-1916, u huwa kien it-tifel ta’ Wenzu u Ċetta.
Il-Perit Mintoff studja fl-Università ta’ Malta u studja wkoll barra minn Malta, f’Oxford.
Kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u wara kien Deputat Mexxej. Mintoff kien Deputat Prim Ministru u Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u r-Rikostruzzjoni fl-ewwel Gvern Laburista ta’ Pawlu Boffa.
Wara l-isplit fil-Partit Laburista, Mintoff sar Mexxej Laburista f’Ottubru tal-1949.
Il-Perit Dom Mintoff serva bħala Prim Ministru ta’ Malta f’erba’ leġiżlaturi differenti.
L-ewwel leġiżlatura kienet dik tal-1955, meta Malta kienet għadha kolonja tal-Gvern Ingliż.
Wara li Malta kisbet l-Indipendenza, Mintoff sar Prim Ministru fl-1971 u baqa’ jmexxi lill-pajjiż sal-1984, hekk kif ħalla postu lil Karmenu Mifsud Bonnici.
Fost l-akbar kisbiet li ġraw f’Malta taħt it-tmexxija tal-Perit Mintoff kien hemm dik tal-kisba tal-Ħelsien, meta fl-aħħar ta’ Marzu tal-1979, il-bażi navali Ingliża telqu darba għal dejjem minn pajjiżna.
Intant, fost dawk li sellmu l-memorja tal-eks Prim Ministru Mintoff, kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela. Fil-fatt, Dr Abela tenna kif għaxar snin mill-mewt tiegħu rridu nibqgħu ngħixu t-twemmin li saħħaħ fil-Partit Laburista u fina, billi fid-deċiżjonijiet li nieħdu, nibqgħu naħdmu għall-ugwaljanza u biex ngħinu liż-żgħir.