10 residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wettqu xogħlijiet ta’ tisbiħ f’aktar minn 14-il klassi l-Kulleġġ St Thomas Moore f’Santa Luċija. Dawn ix-xogħlijiet twettqu taħt is-superviżjonijiet tal-Uffiċjali Korrettivi.
Is-Surmast tal-iskola faħħar il-kwalità tax-xoghol li sar filwaqt li radd ħajr lit-tmexxija tal-ħabs ta’ din l-inizjattiva, li permezz tagħha l-istudenti se jgawdu minn ambjent ta’ klassi ferm isbahħ.
Din hija parti minn sensiela ta’ inizjattivi li qed jiġu organizzati sabiex ir-residenti jagħtu lura xi ħaġa ta’ ġid lis-soċjetà.