Nirien li ħakmu resort tal-iskijing fit-Turkija ħalla mill-anqas 10 persuni mejta u 32 midruba.
In-nar jidher li beda mir-ristorant ta’ lukanda f’Kartalkaya fil-Majjistral tat-Turkija u għadha mhiex magħrufa l-kawża tiegħu għalkemm il-midja lokali qed tissuġġerixxi li l-insulazzjoni tal-injam fuq barra tal-lukanda setgħet għenet biex jinfirex in-nar b’mod veloċi.
Jidher li tnejn mill-vittmi mietu wara li qabżu ’l barra mill-binja bil-paniku. Uħud mir-residenti ppruvaw joħorġu billi ddendlu bil-lożor mill-kmamar tagħhom hekk kif filmati urew is-sulari ta’ fuq u s-saqaf tal-lukanda jaqbdu.
Fil-ħin tal-inċident il-lukanda kienet qed tospita 234 persuna.