Il-Pulizija Kanadiża għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-attakk f’Toronto t-Tnejn, meta vann tal-kiri saq fuq in-nies u ħalla għaxra mejta u ħmistax midruba.
B’rabta mal-każ qed jinżamm arrestat is-suspettat xufier – Alek Minassian ta’ ħamsa u għoxrin sena, li qabel dan il-każ ma kienx magħruf mal-awtoritajiet.
L-inċident jidher li kien intenzjonat għalkemm il-mottiv għadu mhux ċar.
Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau qal li l-attakk li ddeskriva bħala traġiku u bla sinsla, ġablu dieqa kbira.