Sorsi mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ikkonfermaw ma’ ONE News li għaxar Maltin għamlu kuntratt mal-Ambaxxata Maltija fil-Marokk, fejn fortunatament ħadd minnhom ma ndarab.
Dan wara t-terremot qawwi li seħħ dan il-lejl, f’Marrakesh u qrib il-muntanji tal-Atlas.
ONE News jinsab infurmat ukoll li dawn il-persuni se jirritornaw lura lejn pajjiżna għada, waqt li oħrajn għaddejjin b’arraġamenti biex jiġu lura nhar it-Tnejn li ġej.
Dawn il-persuni qed jiġu assistiti mill-Konsulat Malti f’Marrakesh – b’wieħed jista’ jikkuntatja fuq in-numri 00212662795525 jew 00212661944302.