Il-bidliet fil-kultura tax-xorb fost il-Maltin u l-esperimentazzjoni ta’ xarbiet alkoħoliċi ġodda nebbħu l-ħolqien ta’ kodiċi ġdida għal min iservi xorb alkoħoliku.
Għaxar punti li għalkemm jidhru ovvji, inħass il-bżonn li jkunu miktuba iswed fuq l-abjad biex kulħadd ikun jaf id-dmirijiet tiegħu fil-ħidma għal xorb iktar responsabbli.
Dawk kollha li jservu xorb alkoħoliku għandhom ikunu jafu l-limitu legali ta’ xorb, l-eta’ legali biex tixrob u prova ta’ dan meta wieħed jiġi biex jixtri xorb alkoħoliku.
Min iservi x-xorb għandu jkun imħarreġ kif jagħraf komportament ta’ persuni alkoħoliċi jew li jkunu qiegħdin jixorbu taħt pressjoni minn dawk ta’ madwarhom. Dan filwaqt li jitgħallmu kif jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet bl-aħjar mod biex il-klijent jifhem u ma jwebbisx rasu.
Dawn il-linji gwida ħariġhom The Sense Group u kisbu l-appoġġ tal-Ministeru tat-Turiżmu, Maltese Bartenders Guild, GRTU, MHRA, Drinkawaremalta.com u l-ITS.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis sosnta filwaqt li s-sena li għaddiet d-dħul tal-istabbilimenti ta’ pjaċir u ristoranti ammonta għal aktar minn €600 miljun, biex pajjiżna joffri turiżmu ta’ kwalita hemm bżonn inizjattivi preventivi tas-settur privat għal ġid tas-saħħa tal Maltin u t-turisti- bħal ma hi din. Dan mingħajr il-bżonn t’iktar liġijiet li jafu jnaffru t-turisti minn pajjiżna filwaqt li saħaq li l-MTA qed tirrekluta aktar ħaddiema ta’ nfurzar biex jiżdied l-infurzar f’dawn l-istabbilimenti.
Id-Direttur tal-ITS, Pierre Fenech,saħaq li huma diga jgħallmu bartenders prospettivi kif jagħrfu klijenti li jkunu xorbu żżejjed u kif għandhom jindirizzaw klijenti li jabbużaw mill-alkoħol għalhekk din il-kodiċi tifformalizza dak diġa mgħallem.
Saret referenza għal ħaddiema temporanji li ma jirċievux taħriġ komplut qabel jibdew iservu lin-nies biex dawn ukoll ikunu konxji tal-kodiċi ta’ prattika.
Ir-rappreżentant tal- GRTU Philip Fenech saħaq li ser ikunu qiegħdin iqassmu din il-kodiċi lill-istabbilimenti kollha membri tagħhom.
Il-kodici tal-prattika għal dawk li jservu x-xorb jinsab fil-link t’ hawn taht:
http://www.drinkawaremalta.com/code-of-practice/