Is-sena 2016 rat il-wasla ta’ 1,956,820 turist. Ċifra li timmarka żieda ta’ 10.2% meta mqabbla ma’ dik tas-sena 2015.
Dan jirriżulta minn statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn jingħad li ftit inqas min-nofs dawk li żaru pajjiżna użaw linji tal-ajru low-cost.
It-turisti li żaru lil Malta biss laħqu l-miljun u tmien mitt elf, żieda ta’ 10% meta mqabbel mal-2015. Iktar minn 70% minnhom għażlu li joqgħodu fi stabbilimenti t’ akkomodazzjoni kollettiva. Fuq medja, dawn it-turisti qattgħu 7.3 iljieli.
Turisti li fl-2016 żaru biss Għawdex u Kemuna ammontaw għal 48, 684; żieda ta’ 13.6% fuq is-sena ta’ qabel. 68.2% ta’ dawn qagħdu f’akkomodazzjoni privata, bi 63.1% ta’ dawn għażlu l-akkomodazzjoni b’kirja. Il-medja ta’ ljieli mqatta kienet ta’ 9.7.