Għaldaqstant tħabbru 16-il jum ta’ kampanja dwar l-attivizmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Dan kollu ser iwassal għall-10 ta’ Diċembru; il-jum internazzjonali għall-elimnazzjoni ta’ vjolenza kontra nisa.
Kampanja li ssir ukoll madwar id-dinja.
Fit-toroq Maltin se jkun hemm diversi billboards b’messaġġi li jgibu lil pubbliku konxju tal-vjolenza u jekk ikun qiegħed isofri xi tip ta’ abbuż jirraporta.
Simone Cini sejħet Il-vjolenza bhala kankru soċjali. Qalet li ser issir ħidma sabiex fis-sistema edukattiva it-tfal jiġu mgħallma dwar il-vjolenza domestika. Fattur li ħafna drabi l-ommijiet vittmi ta’ abbuż jiqbgħu d-dar minħabba uliedhom. Qalet li l-vjolenza domestika trid tiġi mgħallma lit-tfal fl-iskejjel minn esperti.
Il-kampanja tiġi fi tmiemha b’mixja ta’ solidarjetà nhar id-9 ta’ Diċembru mill-Blata l-Bajda sal-Belt Valletta.
Il-Ministeru tal-ugwaljanza se jkun mixgħul oranġjo.