Kwart tal-popolazzjoni ta’ Singapore sfaw vittmi ta’ dejta personali misruqa.
Dan wara li l-hackers irnexxielhom jaċċessaw l-informazzjoni tal-isptar tal-gvern bil-konsegwenza li serqu dettalji ta’ aktar minn miljun u ħames mitt elf persuna li rrikorrew għas-servizzi tas-saħħa bejn Mejju ta’ tliet snin ilu sal-bidu ta’ Lulju ta’ din is-sena.
It-tagħrif misruq jinkludi indirizzi u ismijiet iżda mhux stejjer mediċi.
Dan filwaqt li nsterqet informazzjoni fuq ħruġ ta’ mediċini lill-aktar minn 160,000 pazjent.