Issa li hemm provi li l-perit Toni Bezzina prova jqarraq fl-applikazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat staqsa x’passi se jieħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
F’intervent telefoniku fuq One Radio, il-Prim Ministru innota li f’każ li Bezzina vvinta dettalji biex jagħmel mod li l-applikazzjoni tiegħu tingħata l-permess, dan jikklassifika bħala frodi.