Il-paġna ta’ facebook ‘Where is Mike-Wer hat Mike gesehem’ li nfetħet fit-23 ta’ Lulju diġa għandha ‘l fuq minn 4000 like. Fuq din il-paġna qed jinżamm rendikont ta’ kull aħbar u żvillupp.
L-istorja ta’ Mike qed tkun irrapurtata fuq numru ta’ portals Ġermaniżi lkoll bl-istess messaġġ emozzjonali tal-ġenituri ta’ dan il-ġuvni.
F’ritratt li tpoġġa mill-familjari jidher il-backpack li l-aħħar deher bih it-Tnejn 18 ta’ Lulju.
Qed jintqal li Mansholt li kien ifittex l-avventura kien qiegħed isuq ir-rota fin-naħat tar-Rabat u Ħad-Dingli, fil-ġurnata li huwa għeb. Numru ta’ rapporti jispjegaw li dehret persuna fl-istess inħawi li tixbaħ lil dan il-ġuvni