Il-waqgħa t’ajruplan fil-periferija ta’ Ħal Kirkop, dalgħodu kien wieħed mill-agħar inċidenti tal-ajru fuq it-territorju Malti minn mindu ilha ssaltan il-paċi f’pajjiżna. Dan ikkonfermah l-espert forensiku ta’ esperjenza Dr Anthony Abela Medici.
L-espert forensiku spjega li l-agħar inċident li kien jinvolvi ajruplan f’pajjiżna, kien dak tal-24 ta’ Novembru 1985, meta f’pajjżna niżel ajruplan tal-Egypt Air wara li kien hi-jacked. Propju l-għada l-Eġizzjani batu ajruplan Hercules C4 u bih attakkaw l-istess ajruplan, kawża ta’ dan l-ajruplan sploda u ħalla 60 ruħ mejta.
Abela Medici fakkar ukoll li fl-14 t’Ottubru 1975, ajruplan tar-Royal Air Force iġġarraf f’Ħaż-Żabbar u ħalla sitt persuni mejta. Abbord l-ajruplan kien hemm ħames persuni li tilfu ħajjithom filwaqt li mara ta’ tmienja u erbgħin sena li nzertat barra fil-ħin tal-inċident ukoll mietet. L-espert qal li dan l-inċident kien agħar minn dak tal-illum, hekk kif weġgħu ukoll nies li kienu fuq l-art.
Din is-sena stess, fil-bidu tas-Sajf eżatt, ajruplan żgħir b’żewġ Taljani fuqu spiċċa fil-baħar tax-Xlendi. Iż-żewġ persuni ġew salvati u ma sofrew l-ebda ġrieħi.