Ma baqa’ xejn mit-Tieqa tad-Dwejra. Ir-ritatt juri eżatt fejn sa ftit sigħat ilu kien hemm il-famuża tieqa.
Ir-riħ u l-maltemp li ħakem lill-pajjiżna fl-aħħar sigħat wassal biex iġġarfet għal kollox. L-attrazzjoni ikonika f’San Lawrenz, Għawdex, issa saret parti mill-istorja ta’ pajjiżna.
Ilna snin nisimgħu kif it-tieqa li tant ġibdet turisti, fotografi u produtturi ta’ produzzjonijiet kienet qed tiddgħajjef u ftit li xejn kien hemm xi jsir dwar dak li hu naturali. Iżda, l-aħħar sigħat fissru d-daqqa tal-mewt.
I have just been informed that the beautiful Tieqa tad-Dwejra in #Gozo has collapsed. Updates soon.
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 8, 2017
Reports commissioned over the years indicated that this landmark would be hard hit by unavoidable natural corrosion. That sad day arrived.
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 8, 2017
F’Diċembru ħabbarna tibdil fil-liġi biex iż-żona tat-tieqa tad-Dwejra tiġi protetta. It-tabella preċedenti li kienet twissi li huwa riskjuż li wieħed jaqbeż u jimxi fuq din it-tieqa nbidlet f’waħda b’avviż legali.
Uffiċjali f’din iż-żona kienu qed jaraw li l-ordni ta’ konservazzjoni tiġi rispettata u kienu qed jagħtu multi lil min jaċċessa t-tieqa. L-aċċess ma setax isir mhux biss mill-art iżda lanqas mill-baħar, u il-baħar ta’ taħt it-tieqa ma kienx għadu aċċessibbli.
Dan ma waqqafx, madanakollu, nies milli jmorru fuq it-tieqa.
Din kif kienet tidher is-sena li għaddiet.
Ma fadal xejn mid-tieqa tad-Dwejra issa
Hawn tista’ tara qabel u wara: