Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lill-Aġent Avukat Ġenerali Sally Yates.
Dan wara li ddubitat il-legalità tal-ordni eżekuttiva li ffirma Trump is-Sibt – li biha refuġjati u immigranti minn seba’ pajjiżi Musulmani ma bdewx jitħallew jidħlu fl-Istati Uniti.
Sally Yates, li nħatret taħt Barack Obama, ordnat lid-Dipartiment tal-Ġustizzja biex ma jinfurzax l-ordni eżekuttiva ta’ Trump; u fi stqarrija tal-White House intqal li b’dan l-att, Yates tradiet lid-Dipartiment Amerikan.
Hija Dana Boente li issa ħadet il-kariga t’Aġent Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti.