Huwa stmat li tqala minn kull erba’ jispiċċaw f’abort. Dan ħareġ minn studju li sar mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u Guttmacher Institute.
‘The Lancent’, ġurnal mediku Ingliż jgħid li f’sena jsiru madwar 56 miljun abort, ċifra ferm akbar milli wieħed kien jaħseb.
Xjentisti jgħidu li n-numru tal-abort tela’ minn 50 miljun fis-sena bejn l-1990 u l-1994, għal 56 miljun bejn l-2010 u l-2014. L-ikbar żidiet kienu nnutati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ġie nnutat li f’żoni meqjusin bħala sinjuri, ir-rata tal-abort niżlet għal minn 25 għal 14, minn kull 1,000 mara.
Ir-riċerkaturi jargumentaw li l-liġijiet li jipprojbixxu l-abort ma jillimitawx in-numru tat-terminazzjonijiet u minflok iwasslu lill-persuni biex jirrikorru għal modi illegali li jistgħu ma jkunux siguri.