Il-produzzjoni tal-programm Arena stiednet lid-deputat nazzjonalista, Toni Bezzina, biex illejla jieħu sehem fil-programm li fost oħrajn se jiddiskuti l-applikazzjoni tiegħu f’ODZ.
“Ħsibna li ladarba se niddiskutu applikazzjoni li għamel hu, wieħed mill-awturi tar-rapport tat-ambjent tal-Partit Nazzjonalista, Bezzina għandu jkun magħna biex iwieġeb il-mistoqsijiet u jagħti l-ispjegazzjonijiet,” qalet Ramona Attard il-preżentatriċi tal-programm.
Tenniet li ladarba l-Partit Nazzjonalista jitkellem tant dwar trasparenza u kontabbiltà dan għandu jkun il-minimu. “Naturalment se jkun hemm persuni oħra mistiedna biex fl-istudio jkollna dibattitu mill-iktar interessanti,” qalet Attard.